(Go: >> BACK << -|- >> HOME <<)

Aqbeż għall-kontentut

Ġerusalemm

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ġerusalemm

{{dati pajjiż Iżrael, Mandatory Palestine, Ġordan, Ayyubid dynasty, Kingdom of Jerusalem, Kingdom of Jerusalem, Ayyubid dynasty, Occupied Enemy Territory Administration, Imperu Ottoman, Biżantini, early Islamic period in Palestine, Judah, Mamluk Sultanate, Hasmonean dynasty, Roman Palestine | Bandierapajjiż2 | name = Iżrael, Mandatory Palestine, Ġordan, Ayyubid dynasty, Kingdom of Jerusalem, Kingdom of Jerusalem, Ayyubid dynasty, Occupied Enemy Territory Administration, Imperu Ottoman, Biżantini, early Islamic period in Palestine, Judah, Mamluk Sultanate, Hasmonean dynasty, Roman Palestine | variant = | size =

}}
Amministrazzjoni
Stat sovranIżrael
Districts of IsraelDistrett ta' Ġerusalemm
Isem uffiċjali ירושלים
القدس
أورشليم
Ismijiet oriġinali ירושלים
القدس
Kodiċi postali 91000–91999
Ġeografija
Koordinati 31°46′44″N 35°13′32″E / 31.7789°N 35.2256°E / 31.7789; 35.2256Koordinati: 31°46′44″N 35°13′32″E / 31.7789°N 35.2256°E / 31.7789; 35.2256
Ġerusalemm is located in Israel
Ġerusalemm
Ġerusalemm
Ġerusalemm (Israel)
Superfiċjenti 125.42 kilometru kwadru
Għoli 754 m
Fruntieri ma' Ramat Rachel (en) Translate, Mevaseret Zion (en) Translate, Beit Zayit (en) Translate, Hizma (en) Translate, Al-Ram (en) Translate, Ramallah, Even Sapir (en) Translate, Beit Yala (en) Translate, Abu Dis (en) Translate, Ora (en) Translateu Betlem
Demografija
Popolazzjoni 936,425 abitanti (2019)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 4 millennium "BCE"
Kodiċi tat-telefon 2
Żona tal-Ħin UTC+2
bliet ġemellati Belt ta' New York, Ayabe, Praga, Rio de Janeiro, Cusco, Fes, Bratislava, Kievu Tbilisi
jerusalem.muni.il

Ġerusalemm (/dʒəˈruːsələm/; bl-Ebrajk: יְרוּשָׁלַיִם Yerushaláyim; bl-Għarbi: القُدس Al‑Quds) hija belt fil-Punent tal-Asja. Tinsab fuq promontorju fil-muntanji ta' Ġudea bejn il-Mediterran u l-Baħar Mejjet, u hija waħda mill-eqdem bliet fid-dinja. Titqies bħala belt imqaddsa għat-tliet reliġjonijiet Abramiċi ewlenin: il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam. Kemm Iżrael kif ukoll il-Palestina jsostnu li Ġerusalemm hi l-belt kapitali tagħhom peress li Iżrael għandha l-istituzzjonijiet governattivi primarji hemmhekk u l-Palestina finalment tipprevediha bħala s-sede tal-poter tagħha. Minħabba dan it-tilwim, ma hemm l-ebda rikonoxximent internazzjonali wiesa' li jxaqleb lejn naħa jew oħra.

Matul l-istorja twila tagħha, Ġerusalemm inqerdet mill-inqas darbtejn, ġiet assedjata 23 darba, inħatfet u nħatfet mill-ġdid 44 darba, u ġiet attakkata 52 darba.[1] Il-parti ta' Ġerusalemm imsejħa l-Belt ta' David kellha l-ewwel sinjali ta' insedjament fir-raba' millenju Q.K., fl-għamla ta' kampijiet ta' rgħajja nomadiċi.[2] Matul il-perjodu tal-Kananiti (is-seklu 14 Q.K.), Ġerusalemm ġiet imsejħa Urusalim fuq it-tavli Eġizzjani tal-qedem, li x'aktarx kienet tfisser il-"Belt ta' Shalem" b'dedika għal divinità Kananita. Matul il-perjodu tal-Iżraeliti, fis-seklu 9 Q.K. (Żmien il-Ħadid II) bdiet attività sinifikanti ta' kostruzzjoni f'Ġerusalemm, u sas-seklu 8 Q.K., il-belt kienet żviluppat f'ċentru reliġjuż u amministrattiv tar-Renju ta' Ġuda.[3] Fl-1538, is-swar tal-belt inbnew mill-ġdid għall-aħħar darba madwar il-belt ta' Ġerusalemm taħt Suleiman il-Manjifiku tal-Imperu Ottoman. Illum il-ġurnata dawk is-swar jiddefinixxu ċ-ċentru storiku tal-belt, li tradizzjonalment ġiet maqsuma f'erba' kwartieri – magħrufa mill-bidu tas-seklu 19 bħala l-kwartieri Armeni, Kristjani, Lhud u Musulmani.[4] Iċ-ċentru storiku u s-swar saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981[5], u attwalment tinsab fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu. Mill-1860, Ġerusalemm kibret ferm lil hinn mill-konfini taċ-ċentru storiku. Fl-2022, Ġerusalemm kellha popolazzjoni ta' madwar 971,800 resident, li minnhom kważi 60 % kienu Lhud u kważi 40 % kienu Palestinjani.[6] Fl-2020, il-popolazzjoni kienet ta' 951,100 resident, li minnhom 570,100 ruħ kienu Lhud (59.9 %), 353,800 ruħ kienu Musulmani (37.2 %), 16,300 ruħ kienu Kristjani (1.7 %), u 10,800 ruħ ma kinux ikklassifikati (1.1 %).[7]

Skont il-Bibbja bl-Ebrajk, ir-Re David ħakem il-belt mill-Ġebużiti u stabbiliha bħala l-belt kapitali tar-Renju Unit ta' Iżrael, u ibnu, ir-Re Salamun, ikkummissjona l-bini tal-Ewwel Tempju. L-istudjużi moderni jargumentaw li l-Lhud tnisslu minn fergħa tal-popli u tal-kulturi Kananiti permezz tal-iżvilupp ta' reliġjon monolatrija — u iktar 'il quddiem monoteistika — distinta ċċentrata fuq El/Yahweh.[8][9] Dawn l-avvenimenti tal-istabbiliment tal-belt, lejn il-bidu tal-ewwel millenju Q.K., kellhom importanza simbolika ċentrali għall-poplu Lhudi.[10][11][12][13][14] Il-laqam tal-belt imqaddsa (bl-Ebrajk: עיר הקודש, b'ittri Rumani: 'Ir ha-Qodesh) x'aktarx li ngħata lil Ġerusalemm fiż-żminijiet ta' wara l-eżilju.[15][16][17] Il-qdusija ta' Ġerusalemm fil-Kristjaneżmu, ikkonservata fit-traduzzjoni bil-Grieg tal-Bibbja bl-Ebrajk[18], li l-Kristjani adottaw bħala t-"Testment il-Ġdid" tagħhom stess, ġiet imsaħħa permezz tal-ġrajja tat-Testment il-Ġdid[19] li tirrakkonta li Ġesù ssallab u rxoxta hemmhekk. Fl-Iżlam Sunni, Ġerusalemm hija t-tielet l-iktar belt imqaddsa, wara Mekka u Medina.[20][21][22][23] Il-belt kienet l-ewwel qibla, id-direzzjoni standard għat-talb tal-Musulmani (salah)[24], u skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammed għamel il-Vjaġġ ta' Billejl tiegħu hemmhekk fis-621, u skont il-Koran tela' l-ġenna fejn tkellem ma' Alla.[25][26] Minħabba f'hekk, minkejja li għandha erja ta' 0.9 km2 (38 ta' mil kwadru) biss[27], fiċ-ċentru storiku tal-belt hemm bosta siti ta' importanza reliġjuża fundamentali, fosthom l-Għolja tat-Tempju, il-Ħajt tal-Punent, il-Koppla tal-Blat, il-Moskea ta' al-Aqsa, u l-Knisja tas-Sepolkru Mqaddes.

Illum il-ġurnata, l-istatus ta' Ġerusalemm għadu wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin fil-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Matul il-Gwerra bejn l-Għarab u Iżrael fl-1948, il-Punent ta' Ġerusalemm kien fost iż-żoni li nħatfu u iktar 'il quddiem ġew annessi ma' Iżrael, filwaqt li l-Lvant ta' Ġerusalemm, inkluż iċ-ċentru storiku tal-belt, inħatfet u iktar 'il quddiem ġiet annessa mal-Ġordan. Iżrael ħatfet il-Lvant ta' Ġerusalemm mill-Ġordan matul il-Gwerra ta' Sitt Ijiem tal-1967 u sussegwentement irnexxielha tannettiha f'Ġerusalemm, flimkien mat-territorju addizzjonali tal-madwar. Waħda mil-Liġijiet Bażiċi ta' Iżrael, il-Liġi ta' Ġerusalemm tal-1980, tirreferi għal Ġerusalemm bħala l-belt kapitali mhux maqsuma tal-pajjiż. Il-fergħat kollha tal-gvern ta' Iżrael jinsabu f'Ġerusalemm, inkluż il-Knesset (il-Parlament ta' Iżrael), ir-residenzi tal-Prim Ministru (Beit Aghion) u l-President (Beit HaNassi), u l-Qorti Suprema. Il-komunità internazzjonali tirrifjuta l-annessjoni u tqisha bħala illegali, filwaqt li tittratta l-Lvant ta' Ġerusalemm bħala territorju Palestinjan okkupat minn Iżrael.[28][29][30][31]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Belt Antika u s-Swar ta' Ġerusalemm ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[5]

Relazzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ġerusalemm hija ġemellata ma':

Ġerusalemm hija msieħba ma':

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "March/April 2008-Jerusalem". web.archive.org. 2008-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-03. Miġbur 2023-03-16.
  2. ^ "One moment, please..." web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-15. Miġbur 2023-03-16.
  3. ^ Moore, Megan Bishop; Kelle, Brad E. (2011). Biblical History and Israel's Past: The Changing Study of the Bible and History. Wm. B. Eerdmans Publishing. ISBN 978-0802862600.
  4. ^ Ben-Arieh, Yehoshua (1984). Jerusalem in the 19th Century, The Old City. Yad Izhak Ben Zvi & St. Martin's Press. p. 14. ISBN 0-312-44187-8.
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Jerusalem and its Walls". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  6. ^ "Selected Data on the Occasion of Jerusalem Day, 2022". www.cbs.gov.il (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  7. ^ "Table III/9 - Population in Israel and in Jerusalem, by Religion, 1988 - 2020" (PDF).
  8. ^ Tubb, 1998. pp. 13–14.
  9. ^ Rendsberg, Gary (2008). "Israel without the Bible". In Frederick E. Greenspahn. The Hebrew Bible: New Insights and Scholarship. NYU Press, pp. 3–5.
  10. ^ Roger Friedland, Richard D. Hecht. To Rule Jerusalem, University of California Press, 2000, p. 8. ISBN 0-520-22092-7.
  11. ^ Leslie J. Hoppe. The Holy City: Jerusalem in the theology of the Old Testament, Liturgical Press, 2000, p. 6. ISBN 0-8146-5081-3.
  12. ^ Mitchell Geoffrey Bard, The Complete Idiot's Guide to the Middle East Conflict, Alpha Books, 2002, p. 330. ISBN 0-02-864410-7.
  13. ^ "Jerusalem became the center of the Jewish people some 3,000 years ago" Moshe Maoz, Sari Nusseibeh, Jerusalem: Points of Friction – And Beyond, Brill Academic Publishers, 2000, p. 1. ISBN 90-411-8843-6.
  14. ^ ""Basic Facts you should know: Jerusalem". Anti-Defamation League. 2007". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-08.
  15. ^ Reinoud Oosting, The Role of Zion/Jerusalem in Isaiah 40–55: A Corpus-Linguistic Approach, p. 117, at Google Books Brill 2012 pp. 117–18.
  16. ^ Shalom M. Paul, Isaiah 40–66, p. 306.
  17. ^ "The Bible and Interpretation". web.archive.org. 2013-10-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-11. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ Iżaija 52:1 πόλις ἡ ἁγία.
  19. ^ Joseph T. Lienhard, The Bible, the Church, and Authority: The Canon of the Christian Bible in History and Theology, Liturgical Press, 1995 pp. 65–66.
  20. ^ Esposito, John L. (2002). What Everyone Needs to Know about Islam. Oxford University Press. p. 157. ISBN 0-19-515713-3.
  21. ^ Brown, Leon Carl (2000). "Setting the Stage: Islam and Muslims". Religion and State: The Muslim Approach to Politics. Columbia University Press. p. 11. ISBN 0-231-12038-9.
  22. ^ Hoppe, Leslie J. (2000). The Holy City: Jerusalem in the Theology of the Old Testament. Michael Glazier Books. p. 14. ISBN 0-8146-5081-3.
  23. ^ Middle East peace plans by Willard A. Beling.
  24. ^ Lewis, Bernard; Holt, P. M.; Lambton, Ann, eds. (1986). Cambridge History of Islam. Cambridge University Press.
  25. ^ Il-Koran 17:1-3.
  26. ^ Buchanan, Allen (2004). States, Nations, and Borders: The Ethics of Making Boundaries. Cambridge University Press. ISBN 0-521-52575-6.
  27. ^ Kollek, Teddy (1977). "Afterword". In John Phillips (ed.). A Will to Survive – Israel: the Faces of the Terror 1948-the Faces of Hope Today. Dial Press/James Wade.
  28. ^ "S/RES/298 (1971) of 25 September 1971". web.archive.org. 2013-08-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-19. Miġbur 2023-03-16.
  29. ^ "L-istatus ta' Ġerusalemm" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-08-08. Miġbur 2023-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  30. ^ "Israel backs East Jerusalem homes" (bl-Ingliż). 2010-02-26. Miġbur 2023-03-16.
  31. ^ "Israel plans 1,300 East Jerusalem Jewish settler homes" (bl-Ingliż). 2010-11-08. Miġbur 2023-03-16.