(Go: >> BACK << -|- >> HOME <<)

Aqbeż għall-kontentut

Għajnuna:Kif tibda artiklu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn 213.202.142.77 (diskussjoni) nhar 18:42, 11 Diċembru 2008. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Kontenut
Kif tirreġistra
Kif timmodifika artiklu
Kif tibda artiklu
Skop u użu tal-kategoriji
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Gwida essenzjali
Wikiketta
Konvenzjonijiet

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

Kulħadd jista' jikteb għal Wikipedija!
Daħħal titlu:
u agħfas "oħloq artiklu"

Meta tagħfas il-buttuna "oħloq paġna" din twasslek f'paġna tal-editjar fejn tkun tista' tibda tikteb test ġdid, fil-każ li jkollok bżonn, il-paġna tal-editjar għandha wkoll ħolqa mal-Għajnuna biex teditja. Hemm ukoll dawn il-ħoloq oħra ta' għajnuna: Għajnuna:Tutorial u Għajnuna:Tutorial/Kif timmodifika. M'għandekx bżonn li toqgħod tiġi lura għal din il-paġna biex toħloq artiklu ġdid. Artikli ġodda jistgħu jinħolqu wkoll billi ssegwi ħolqa għal paġna li ma teżistix, l-istess paġna twasslek għall-paġna tal-editjar {ara Kif tibda paġna minn ħolqa ħamra, wara tfittxija, taħt). Inkella tista' tuża l-URL (ara Kif tibda paġna mill-URL, taħt).

Ninkuraġġixxu lill-utenti li jkunu kuraġġużi meta jibdew artiklu ġdid.

Meta tkun qiegħed toħloq artiklu ġdid, għandek iżomm f' moħħok li:

  • It-titlu li se tagħżel huwa importanti, għax se jkun it-titlu tal-artiklu il-ġdid tiegħek.
  • Tirranġa żbalji li saru huwa rarament aktar faċċli milli tevita li tagħmilhom, allura mhijiex ideja ħażina li wieħed jagħmel xogħol bi ħsieb minn qabel(ara Prinċipji Ġenerali taħt).
  • Ftakar x' inhi l- Wikipedija u x' mhijiex il-Wikipedija.
  • Jekk trid tesperimenta, l-ewwel uża l-paġna tal-provi.


Prinċipji Ġenerali

  • Fittex biex tara xi ħadd kittibx paġna simili qabel tibda waħda int. Oqgħod attent kif tagħżel it-titlu.
  • Ħares bir-reqqa lejn il-konvenzjonijiet tal-proġett li qiegħed taħdem fuqu per. eż. :
    • il-konvenjonijiet tal-ismijiet.
    • jekk paġna separata mhijiex ġustifikata; forsi aħjar iżżid it-test ma' paġna li għandha x'taqsam (speċjalment jekk it-test mhux twil ħafna); dik il-paġna tista' tinqasam iżjed tard, meta tkun kibret.
    • Fittex artikli ta' gwida fuq il-kitba f'dak li hu stil, kontenut u formatjar.
  • Meta tkun qiegħed toħloq il-paġna u qabel tippublika, ħares lejn il-ħolqa Li jwasslu 'l hawn fil-paġna tal-ħolqien. Qabbad il-kontenut ġdid mal-ħoloq eżistenti, jew biddel it-titlu l-ġdid, jew irranġa l-ħoloq l-oħrajn.
  • Jekk l-ebda ħolqa ma taqbad mal-paġna dan ifisser li hi iżolata u għalhekk hemm bżonn li jsiru ħoloq mill-paġni l-oħrajn.

Kif tibda paġna minn ħolqa ħamra, wara tfittxija

Biex tibda paġna ġdida trid tmur Idħol jew oħloq kont bl-isem tal-kont tiegħek. Jekk għad m'għandikx kont, tista' toħloq wieħed hawn. Meta tkun dħalt, tista' tagħfas fuq il-ħolqa ħamra għal dik il-paġna l-ġdida. Din tieħdok fil-paġna tal-editjar tal-paġna l-ġdida fejn tista' tibda timmodifika il-paġna.

Hemm mod ieħor kif toħloq artiklu. Agħmel tfittxija għat-titlu l-ġdid bil-buttuna Mur (kif suppost diġa għamilt). Jekk it-tfittxija ma ssib xejn agħfas "oħloq l-artiklu".

Ħoloq ma paġni li għadhom ma jeżistux huma komuni. Dawn jinħolqu jew b'tħejjija għall-ħolqien ta' paġna, u/jew biex jinkuraġġixxu nies oħrajn li jagħmlu hekk. Il-ħoloq mhux biss bżonnjużi għan-navigazzjoni imma wkoll jgħinu biex in-nies isiru jafu bil-paġna l-ġdida (dawk li jkunu qegħdin jaqraw xi paġna li għandha x'taqsam u anki dawk li jsegwu paġna li għandha x'taqsam). Ħoloq għal paġni ġodda m'għandomx jitqiesu bħala miksura, sakemm l-isem jidentifika korretament il-kontenut intenzjonat. (Ħolqa għal paġna ġdida b'isem "inkorrett" jew spellut ħażin, jew li tidduplika kontenut li diġà jinsab taħt isem ieħor hi "miksura" f'sens differenti.)

Ħoloq għal paġni ġodda jidhru differenti minn ħoloq għal paġni li diġà jeżistu, dawn tal-ewwel huma indikati bl-aħmar u għalhekk ngħidulhom "ħoloq ħomor". Ħoloq għal paġni li ma jeżistux jistgħu jinħolqu b' [[Isem ta' paġna ġdida]] mill-editur wiki. (F'dan il-każ tinħoloq il-paġna vojta "Isem ta' paġna ġdida")

Dejjem tista' toħloq ħolqa int stess, f'paġna li għandha x'taqsam, paġna werrej jew il-paġna tal-utent tiegħek. Imma jekk tkun qiegħed taħseb li toħloq ħolqa, aħjar tistenna sakemm toħloq il-paġna l-ġdida, l-iżjed jekk il-ħolqa tkun ħa tieħu post paġna eżistenti. F'dal-każ, oħloq il-ħolqa, imma agħfas "Anteprima" minflok "Issevja". Mill-post tal-anteprima, meta tikklikja l-ħolqa ġdida, tinħoloq paġna ġdida (mingħajr ma taġġorna l-paġna referenti).

Kif tibda paġna mill-URL

Mod ħafif biex tibda l-proċess ta' paġna ġdida b'kwalunkwe isem hu li ddaħal: "mt.wikipedia.org/wiki/*****" fil-kexxun tal-URL jew sempliċiment tibdel il parti tal-isem fil-URL tal-paġna eżistenti f'*****. Uża "_" għall-ispazji bejn il-kliem. Meta tuża l-URL għall-paġna l-ġdida, jidher il-messaġġ 'Il-Wikipedija għad m'għandiex artiklu b'dan l-isem' u 'Ibda l-artiklu bl-isem *****'. Jekk tagħfas din tal-aħħar tmur fil-paġna 'Qed jiġi editjat l-artiklu *****' li tista' tintuża biex tibda tikteb il-kontenut.

Kif tuża il-paġna tal-provi u s-sottopaġni tal-utent

Il-Paġna tal-provi tista' tintuża għal esperimentar temporanju però titbattal awtomatikament kull 12-il siegħa. Għal materjal ta' stub li tixtieq iżżom iżjed fit-tul tista' tuża s-sotto-paġni fil-kont tal-utent tiegħek u tmexxih għall-artiklu propja meta tkun lest. Għal dan irid ikollok kont tal-utent.

Biex toħloq sotto-paġna tal-utent, uża referenza (titlu): 'Utent:Isem tal-utent/Sotto-paġna ġdida'. Is-sotto-paġni tal-utent jistgħu jintużaw għall-prova ta' templates ġodda bis-sintassi {{Utent:Isem tal-utent/Isem tas-sotto-paġna}}. Uża l-isem tal-utent tiegħek minflok Isem tal-utent. Fil-fatti kwalunkwe isem itik sotto-paġna, imma nagħmlu rakommandazzjoni qawwija li tuża tiegħek.

Kif tuża test minn sistemi editorjali oħra

Għalkemm l-eħfef mod biex tibda huwa li tieħu test eżistenti u tinkollah fil-wiki, għandek mnejn trid tipprova taqleb mill-"Word" jew HTML għall-"wiki markup".

Kif iżżom paġna milli tinħoloq

M'hemmx mod assolut kif iżżom paġna milli tinħoloq, imma tista' toħloq paġna b'test.