(Go: >> BACK << -|- >> HOME <<)

Aqbeż għall-kontentut

Fondazzjoni Wikimedia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn ToniSant (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 09:31, 12 Ġunju 2020. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Fondazzjoni Wikimedia

Il-Fondazzjoni Wikimedia hi organizzazzjoni bla profitt ibbażata f'San Francisco, California, fl-Istati Uniti. Hi topera diversi proġetti kollaborattivi li jinkludu l-Wikipedija, il-Wikizzjunarju, Wikidata, il-Wikikwota, il-Wikitbiet (li jinkludi l-Wikijunior), il-Wikisors, il-Wikimedia Commons, il-Wikispeċi, il-Wikibarijiet, il-Wikiversità, il-Wikimedia Incubator, il-Meta-Wiki, u l-MediaWiki.

Il-ħolqien tagħha ġie imħabbar mill-fundatur tal-Wikipedija, Jimmy Wales, li kien qed iħaddem il-Wikipedija fil-kumpanija tiegħu Bomis fl-20 ta' Ġunju, 2003.

Objettivi

Il-Fondazzjoni Wikimedia tiddikjara li l-għanijiet tagħha huma li tipprovdi enċiklopedija ta' informazzjoni li tkun bl-eżatt u korretta lil kull persuna fuq din il-pjaneta.[1] L-irwol tagħha hu li tiżviluppa u żżomm kontenut miftuħ, proġetti bbażati fuq sistemà ta' wiki u tipprovdi dan il-kontenut b'xejn mingħajr ebda ħlas.[2]

Flimkien mal-enċiklopedija multilingwali tal-Wikipedija, il-Fondazzjoni żżomm ukoll dizzjunarju u teżawru taħt l-isem tal-Wikizzjunarju, enċiklopedija bi kwotazzjonijiet imsemmiha Wikiquote, repożitorju ta' kitbiet minn sorsi ta' lingwi diversi fuq Wikisource, u kollezzjoni ta' kotba ta' testi u manwali għall-istudenti fuq Wikibooks. Wikijunior huwa sotto-proġett ta' Wikibooks li jispeċċalizza fuq kotba għat-tfal.

Operazzjonijiet

Il-kobor kontinwu ta' kull proġett tal-Wikimedia hu dipendenti mid-donazzjonijiet, imma l-Fondazzjoni Wikimedia tkabbar id-dħul tagħha permezz ta' mezzi alternativi ta' fondi bħal sponsorizzazzjoni, servizzi u fonti oħra.

Proġetti

Logo tal-familja tal-proġetti tal-Wikimedia
Isem Deskrizzjoni
Wikipedija Enċiklopedija b'aktar minn 10 miljun artiklu b'264 lingwa.
Wikimedia Commons Arkivju ta' kontenut ta' immaġini, ħsejjes u filmati b'iktar minn 3,000,000 fajl.
Wikibooks Kollezzjoni ta' kotba bit-testi u materjal edukattiv.
Wikizzjunarju Dizzjunarju li jikkatolaga s-sinjifikati, sinonimi, etimoloġiji u traduzzjonijiet.
Wikinews Sors ta' aħbarijiet li jikkonsisti minn rapporti ta' ġurnalisti ċittadini minn pajjiżi differenti.
Wikisource Proġett biex jipprovdi u jittraduċi dokumenti minn sorsi, bħal testi pubbliċi.
Wikiquote Kollezzjoni ta' ċcitazzjonijiet minn persunaġġi ċelebri, kotba, films u oħrajn.
Wikispecies Indiċi ta' dati fuq speċi ta' annimali, pjanti, fungi u formi oħra ta' ħajja.
Wikiversità Korsijiet, materjali għall-korsijiet u testi.
Wikimedia Incubator Użat biex jittestja proġetti ġodda li possibilment joperaw mill-Wikimedia u lingwi ġodda għall-proġetti.

Wikimania

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikimania.

Il-Wikimedia kull sena torganizza l-Wikimania (Paġna tal-informazzjoni fuq Meta-Wiki], konferenza għal utenti tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia. Din kienet organizzata għall-ewwel darba fi Frankfurt (Ġermanja), fl-2005.

Referenzi

  1. ^ Jd. Wikimedia Foundation (ed.). "Wikimedia Foundation bylaws" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |wkawtur= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna)
  2. ^ Devouard, Florence. Wikimedia Foundation (ed.). "Mission statement" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |wkawtur= injorat (għajnuna)

Ħoloq esterni