(Go: >> BACK << -|- >> HOME <<)

Aqbeż għall-kontentut

Repubblika tal-Irlanda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot Żieda: lmo:Irlanda
Linja 218: Linja 218:
[[li:Ierland]]
[[li:Ierland]]
[[lij:Éire]]
[[lij:Éire]]
[[lmo:Irlanda]]
[[ln:Irlandí]]
[[ln:Irlandí]]
[[lt:Airija]]
[[lt:Airija]]

Reviżjoni ta' 01:28, 27 Ottubru 2012

Poblacht na hÉireann (Éire)
Repubblika ta' l-Irlanda
Bandiera tal-Irlanda

Motto nazzjonali: Éire go Brách - L-Irlanda Għal Dejjem
Lingwi Ingliż, Gaeliku1
Belt Kapitali Dublin / Baile Átha Cliath
L-Ikbar belt Dublin / Áth Cliath
Gvern Repubblika Parlamentari
President Michael D. Higgins
Prim Ministru Brian Cowen, TD
Indipendenza Mir-Renju Unit
Dikjarata 24 t' April 1916
Rikonoxxuta 6 ta' Diċembru 1921
Kobor 70,273 km kwadru
-Total:
-% ilma:
Popolazzjoni 4,239,848
Densita' 60.3

Ir-Repubblika ta' l-Irlanda hija nazzjon fl-Ewropa u tagħmel parti mill-gżira ta' l-Irlanda. Il-bqija tal-gżira, jiġifieri l-Irlanda ta' Fuq hija parti ntegrali tar-Renju Unit. Għandha popolazzjoni ta' 4.2 miljun ruħ.

Il-belt kapitali tagħha hi Dublin, li tgħodd nofs miljun ruħ u li tinsab tħares fuq il-Baħar ta' l-Irlanda. Bliet oħra kbar huma Cork b' 120 elf ruħ, Galway b' 73 elf, Limerick b' 53 elf u Waterford b' 46 elf. Fost l-aktar gżejjer magħrufa hemm dawk ta' l-Gżejjer Aran, fl-għarb tal-gżira u dik ta' Achill, li tintleħaq minn County Mayo.

Għalkemm il-pajjiż huwa ġar tar-Renju Unit u fil-parti l-kbira jitkellem l-ilsien Ingliż, kien ma' dan ir-renju li kellhu l-aktar taqbid fl-istorja mdemmija tiegħu. Tant li l-element patrijottiku jgħaffas ħafna, imqar jekk b'mod xejn komplimentuż, fuq il-passat storiku ta' bejniethom. Dan jidher ċar fil-letteratura u l-mużika Irlandiża, meqjusa fost l-ifjen fl-Ewropa.

Storja

Ir-Repubblika ta' l-Irlanda twieldet wara li Lloyd George, f'isem ir-Renju Unit u l-Kuruna Brittanika, għadda l-Att ta' l-Gvern dwar l-Irlanda fl-1920. Dan kien ifisser il-ħolqien ta' żewġ parlamenti, wieħed minnhom għan-naħa ta' fuq, fil-parti l-kbira f' Ulster. Il-parti li baqgħet tagħmel mar-Renju Unit saret magħrufa bħala Northern Ireland, l-Irlanda ta' Fuq.

Il-patrijott Irlandiż Michael Collins
Il-patrijott Irlandiż Michael Collins

.

F' Diċembru 1921 ġie ffirmat it-Trattat Anglo-Irlandiż u b'hekk twaqqfet l-Irish Free State. Din baqgħet magħrufa hekk sal-1949, meta ġiet iddikjarata r-Repubblika ta' l-Irlanda, li nqatgħet mill-Commonwealth. Fl-1955 ir-Repubblika ta' l-Irlanda saret membru sħiħ tal-Ġnus Maqgħuda.

Reliġjon

Il-poplu Irlandiż iħaddan, fil-parti l-kbira, it-twemmin kattoliku. Dan it-twemmin kien l-għeruq ta' ħafna mit-tilwim mar-Renju Unit. Il-muntanja ta' Croagh Patrick, f'County Mayo, hija meqjusa bħala waħda sagra u lejn tmiem ta' kull Lulju, eluf kbar ta' pellegrini jixxabtu magħha sakemm jilħqu l-quċċata bħala parti mis-sagriċċju għal dnubiethom. San Patrizju huwa l-patrun tal-pajjiż.

Il-muntanja Croagh Patrick viċin Westport (Irlanda) li tissimboliża l-fidi nisranija fl-Irlanda

.

Għalkemm ir-reliġjon kattolika ma hijiex daqstant b'saħħitha daqs ftit tas-snin ilu, xorta tibqa' forża nfluwenti fil-ħajja ta' kuljum. Madanakollu filwaqt li d-dibattitu dwar l-abort jibqa' jaħraq ħafna, ħarġu numru ta' skandli tal-ġerarkija tal-knisja li tappnulha l-istima tagħha. Fosthom hemm il-każ tal-Magdalene laundries, li kienu djar li jilqgħu tfajliet Irlandiżi li jinqabdu tqal. Hawn ġew mikxufa l-għadd kbir ta' abbużi li saru fuq dawn it-tfajliet.

Il-film The Magdalene Sisters (2002) ta' Paul Mullan, kompla jnaqqas is-saħħa tal-knisja, b'akkużi ta' ipokrezija fejn jidħlu l-morali nsara. Il-kantanta Sinead O'Connor wkoll rikbet fuq il-karru ta' l-akkużi.

Kittieba

Fost il-kittieba ewlenin li ħarġu mill-Irlanda nsibu lil Jonathan Swift, Oscar Wilde, William Butler Yeats, Samuel Beckett, James Joyce u George Bernard Shaw. Huwa ironiku li fost l-aqwa kittieba bl-Ingliż tas-Seklu Għoxrin kienu mnissla mill-istess poplu li kien qed jiġġieled għal-ħelsien politiku. Tant li erba' kittieba Irlandiżi rebħu l-Premju Nobel Għal-Letteratura. Dawn kienu William Butler Yeats fl-1923, George Bernard Shaw fl-1925, Samuel Beckett fl-1969 u Seamus Heaney fl-1995.

Kittieba Irlandiżi li għamlu isem fl-aħħar snin jinkludu lil Brendan Behan, l-awtur ta' Borstal Boy fl-1958, Brian Friel, li kiteb id-dramm Dancing at Lughnasa fl-1990, u Neil Jordan minn Sligo, li minbarra l-kitbiet bħal Nights in Tunisia u The Dream of a Beast, qiegħed iħalli impatt fil-qasam taċ-ċinema.

Mużika

Andrea Corr, 1999

L-Irlanda tat kontribut kbir ħafna fil-qasam mużikali Brittaniku li jiżboq bil-bosta l-għadd ta' popolazzjoni. Dan seħħ anki fil-qasam tar-rokk, pop rokk u naturalment fil-mużika keltika. Il-grupp The Corrs, magħmul minn membri tal-familja Corr minn Dundalk kien wieħed li għamel suċċess kbir, bil-ħoss mexxej u qabbieżi tagħhom.

Fejn tidħol il-mużika jidher li ma hemmx differenza jekk l-artist huwiex mill-Irlanda ta' Fuq jew mir-Repubblika, anki fejn jidħlu temi patrijottiċi u l-imħabba lejn art twelidhom, mingħajr fruntieri politiċi. Tant li l-kantawtur Paul Brady, li jkanta The Island trabba' f' Strabane, County Tyrone.

Madankollu fir-Repubblika ta' l-Irlanda, hemm drawwa li kunċert mużikali, imqar jekk ġewwa nitfa' ta' pabb, jispiċċa bl-innu nazzjonali The Soldier's Song. Fost l-aqwa mkejjen sabiex wieħed jisma' mużika folk tajba, jissemmew Westport (Irlanda) f'County Mayo, Sligo u Letterkenny f'County Donegal.

Sport

L-isports l-aktar li jintlagħbu huma r-rugby, il-futbol, il-Gaelic football u l-hurling. Għalkemm ħafna futbolers magħrufa Irlandiżi għamlu ħoss jilgħabu fil-kampjonati Ingliżi, il-Gaelic Football jibqa' l-attivita' sportiva li twaqqaf il-pajjiż. Tant, illi Croke Park, ġewwa Dublin, jesa' 82,500 ruħ u jkun mimli daqs bajda waqt logħbiet jaħarqu tal-finali All Ireland ta' l-istess Gaelic football.

Mappa li tixhed kif l-isport Irlandiż huwa mifrux mal-gżira. L-isfar juri fejn il-Gaelic football huwa b' saħħtu, l-ikħal hu għall-hurling u l-aħdar għat-tnejn li huma.


Il-futbol huwa sport popolari ħafna u r-Repubblika Irlandiża ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja ta' l-1990, 1994 u 2002, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej Euro 88, xi drabi b'suċċess kbir. Il-kampjonat Irandiż huwa ftit jew wisq dgħajjef, b'ħafna mill-plejers tat-tim nazzjonali jilgħabu barra 'l pajjiż. L-istadju nazzjonali ta' Lansdowne Road bħalissa qed jerġa jinbena mill-ġdid u bi ħsiebu jinfetaħ fl-2009 [1]. Huwa se jkun jesa' 50,000 ruħ.

Referenżi

Mudell:Link FA