(Go: >> BACK << -|- >> HOME <<)

Aqbeż għall-kontentut

Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
+ħoloq esterni
tindif ta' ref
Linja 38: Linja 38:
|poż_densità_popolazzjoni = 122 <!--pożizzjoni bbażata fuq l-istati sovrani biss-->
|poż_densità_popolazzjoni = 122 <!--pożizzjoni bbażata fuq l-istati sovrani biss-->
|sena_PGD_PSX = 2012
|sena_PGD_PSX = 2012
|PGD_PSX = $22.147 biljun<ref name="imf2">{{ċita web |url=http://www.imf.org/external/pubs/ft/weo/2012/02/weodata/weorept.aspx?pr.x=2&pr.y=17&sy=2008&ey=2012&scsm=1&ssd=1&sort=country&ds=.&br=1&c=962&s=NGDPD%2CNGDPDPC%2CPPPGDP%2CPPPPC%2CLP&grp=0&a= |titlu=Maċedonja|editur=International Monetary Fund |aċċessdata=22 ta' April 2012}}</ref>
|PGD_PSX = $22.147 biljun<ref name="imf2">{{ċita web |url=http://www.imf.org/external/pubs/ft/weo/2012/02/weodata/weorept.aspx?pr.x=2&pr.y=17&sy=2008&ey=2012&scsm=1&ssd=1&sort=country&ds=.&br=1&c=962&s=NGDPD%2CNGDPDPC%2CPPPGDP%2CPPPPC%2CLP&grp=0&a= |titlu=Maċedonja|editur=International Monetary Fund}}</ref>
|poż_PGD_PSX =
|poż_PGD_PSX =
|PGD_PSX_per_capita = $10,718<ref name=imf2/>
|PGD_PSX_per_capita = $10,718<ref name=imf2/>
|poż_PGD_PSX_per_capita =
|poż_PGD_PSX_per_capita =
|sena_IŻU = 2013
|sena_IŻU = 2013
|IŻU = {{profitt}} 0.728<ref name="HDI">{{ċita web |url=http://hdr.undp.org/en/media/HDR_2013_EN_Table1.pdf |titlu=Human Development Report 2013 |sena=2013 |editur=Nazzjonijiet Uniti |aċċessdata=14 ta' Marzu 2013}}</ref>
|IŻU = {{profitt}} 0.728<ref name="HDI">{{ċita web |url=http://hdr.undp.org/en/media/HDR_2013_EN_Table1.pdf |titlu=Human Development Report 2013 |sena=2013 |editur=Nazzjonijiet Uniti }}</ref>
|poż_IŻU = 78
|poż_IŻU = 78
|kategorija_IŻU = <span style="color:#090;">għoli</span>
|kategorija_IŻU = <span style="color:#090;">għoli</span>

Reviżjoni ta' 08:50, 3 Ottubru 2022

Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq
Република Северна Македонија
Republika Severna Makedonija
Република Северна Македонија Republika Severna Makedonija – Bandiera Република Северна Македонија Republika Severna Makedonija – Emblema
Innu nazzjonali: 
Денес над Македонија
Denes nad Makedonija

Illum aktar minn Maċedonja

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Skopje
40°0′N 21°26′E / 40°N 21.433°E / 40; 21.433

Lingwi uffiċjali Maċedonjan
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Stevo Pendarovski
 -  Prim Ministru Zoran Zaev
 -  Kelliem tal-Parlament Talat Xhaferi
Indipendenza mill-Jugożlavja 
 -  Iddikjarata 8 ta' Settembru 1991 
 -  Rikonoxxuta uffiċjalment 8 ta' April 1993 
Erja
 -  Total 25,713 km2 (148)
9,779 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.9
Popolazzjoni
 -  stima tal-2011[2] 2,058,539 (146)
 -  ċensiment tal- 2,022,547[1] 
 -  Densità 80.1/km2 (122)
210.5/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $22.147 biljun[3] 
 -  Per capita $10,718[3] 
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $10.198 biljun[3] 
 -  Per capita $4,935[3] 
IŻU (2013) 0.728[4] (għoli) (78)
Valuta denar Maċedonjan (MKD)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +389
TLD tal-internet .mk

Il-Maċedonja ta' Fuq (en-us-Macedonia.ogg ˌmæsɨˈdoʊniə Maċedonjan: Северна Македонија), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (Maċedonjan:Република Северна Македонија), huwa pajjiż interkjuż li jinsab fil-Punent ċentrali tal-peniżola Balkana fl-Ewropa tax-Xlokk. Il-pajjiż kien wieħed mill-istati suċċessuri tal-eks Jugożlavja, li minnha ddikjaraw l-indipendenza fl-1991. Hija saret membru tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru tal-1993. Bejn din is-sena sa Frar tal-2019, bħala riżultat ta' tilwima mal-Greċja fuq l-isem tagħha, kienet iddaħħlet taħt ir-referenza provviżorja tal-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja,[5][6] xi drabi mqassra bħala FYROM (mill-Ingliż Former Yugoslav Republic of Macedonia).[7] F'Ġunju tal-2018, il-Maċedonja u l-Greċja ffirmaw it-Trattat ta' Prespa li rriżolva t-tilwima ta' isem il-pajjiż, fejn il-Maċedonja aċċetta li l-isem uffiċċjali tal-pajjiż isir ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Dan il-bdil fl-isem beda jieħu effett mit-12 ta' Frar 2019 'il quddiem.

Il-pajjiż huwa mdawwar bl-art, billi jmiss mal-Kosovo fil-Majjistral, is-Serbja fit-Tramuntana, il-Bulgarija fil-Lvant, il-Greċja fin-Nofsinhar u l-Albanija fil-Punent.[8] Hija tikkostitwixxi madwar in-nofs tal-akbar reġjun tal-Maċedonja ġeografiku, li jinkludi wkoll partijiet tal-Greċja u l-Bulgarija. Il-belt kapital tal-pajjiż hija Skopje, bi 506,926 abitant skont iċ-ċensiment tal-2002. Bliet oħra jinkludu lil Bitola, Kumanovo, Prilep, Tetovo, Ohrid, Veles, Štip, Kočani, Gostivar, Kavadarci u Strumica. Hija għandha aktar minn 50 lag u sittax-il muntanja ogħla minn 2,000 m (6,562 ft). Il-Maċedonja ta' Fuq hija membru tan-NU u l-Kunsill tal-Ewropa. Minn Diċembru 2005 kienet ukoll kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u applikat għas-sħubija man-NATO.

Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea

L-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fit-22 ta' Marzu 2004.

Il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva fid-9 ta' Novembru 2005.

F'Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew ta lill-pajjiż l-istatus ta' kandidat.

Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta s-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta mal-Maċedonja ta' Fuq.

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat għall-ewwel darba li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq f'Ottubru 2009. Fl-2015 u fl-2016, ir-rakkomandazzjoni saret suġġetta għall-implimentazzjoni kontinwa tal-ftehim ta' Pržino u suġġetta għall-progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-“Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma”.

F'Ġunju 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom qabel li jwieġeb b'mod pożittiv għall-progress li sar mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, u stabbilixxa t-triq biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni f'Ġunju 2019, skont il-progress li sar f'ċerti oqsma ewlenin, bħar-riforma ġudizzjarja, ir-riforma tas-servizzi ta' intelligence u tas-sigurtà u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.

F'Ġunju 2019, il-Kunsill iddiskuta l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2019 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE u r-rapport dwar ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli u l-importanza tal-kwistjoni, huwa ddeċieda li jerġa' lura, sa mhux aktar tard minn Ottubru 2019, għall-kwistjoni tal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-pajjiż, bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni ċara u sostantiva.

Fil-15 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill iddiskuta t-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni fir-rigward tal-Albanija u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Wara d-diskussjoni, il-presidenza ħarġet konklużjonijiet proċedurali fejn innotat li l-Kunsill ser jiddiskuti l-kwistjoni wara l-Kunsill Ewropew ta' Ottubru.

Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2019 iddeċieda li jerġa' lura għall-kwistjoni tat-tkabbir qabel is-summit UE-Balkani tal-Punent f'Zagreb, f'Mejju 2020.

Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.

Referenzi

  1. ^ State Statistical Office of the Republic of Macedonia (ed.). "Census of Population, Households and Dwellings in the Republic of Macedonia, 2002 – Book XIII, Skopje, 2005" (PDF).
  2. ^ Population from the State Statistical Office.
  3. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Maċedonja".
  4. ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF).
  5. ^ United Nations, A/RES/47/225, 8 ta' April 1993
  6. ^ Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 817 tas-7 ta' April u 845 Ġunju 18 tal-1993, ara UN resolutions made on 1993
  7. ^ FYROM fuq un.org
  8. ^ Ir-Repubblika tal-Maċedonja – Fatti Basiċi, Repubblika tal-Maċedonja, Ministeru tal-affarijiet barranin

Ħoloq esterni